“Trid li Adrian Delia jibqa’ jmexxi l-Partit Nazzjonalista? Le, grazzi” … Tiħrax il-kampanja interna kontra Delia

    “Trid li Adrian Delia jibqa’ jmexxi l-Partit Nazzjonalista? Le, grazzi.” Dan huwa l-messaġġ li qed jimbottaw fazzjoni kontra l-kap Nazzjonalista attwali Adrian Delia, inqas minn ġimgħa qabel l-iżvolġiment tal-Kunsill Ġenerali Straordinarju li se jkun qed jiddetermina l-futur tat-tmexxija tal-Partit.

    Il-grupp “PN mill-ġdid rebbieħ” fil-messaġġ li ppubbliak fuq il-midja soċjali qed jisħaq li jrid partit serju u Oppożizzjoni effettiva, b’Kap ta’ stoffa u fiduċja.

    Temmew il-kumment billi saħqu li “nhar is-Sibt, nivvotaw mill-ġdid biex ikollna dan”.