Diego Simeone ma’ Atletico Madrid

    Il-coach ta’ Atletico Madrid Diego Simeone xejjen kull spekulazzjoni li jista’ jkun fit-tmexxija l-ġdida tat-tim nazzjonali Arġentin. Wara l-aħħar diżappunti li kellhom l-Albiceleste fil-Copa America, ġriet ix-xniegħa li Lionel Scaloni jista’ jitneħħa mill-kariga.

    Simeone kien pront irribatta dawn l-ispekulazzjonijiet meta sostna li jinsab għal qalbu ħafna ma’ Atletico Madrid u fuq kollox jħossu parti integrali mit-tim wara li ilu  jmexxihom għal dawn l-aħħar seba’ snin u nofs. L-ex player ta’ Lazio u Inter qal li qiegħed hawn sabiex jikteb l-istorja għal dan il-club.

    Finalment Simeone ammetta li hu dak it-tip ta’ kowċ li iktar iħobb jaħdem kuljum mal-plejers milli jarahom kultant.