Żewġ Libjani jsofru ġrieħi f'argument f'San Pawl il-Baħar … Wieħed minnhom bi ġrieħi gravi

    Żewġ Libjani sofrew ġrieħi, wieħed minnhom b’mod gravi, wara li nqala’ argument f’San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija kienet mgħarrfa bil-każ fi Triq il-Ġifen għall-ħabta tat-8.30 a.m.

    Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien inqala’ argument bejn iż-żewġ irġiel Libjani ta’ 35 sena u 27 sena, u grupp ta’ persuni aktarx ta’ nazzjonalità barranija. Fl-argument iż-żewġ Libjani sofrew xi ġrieħi.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 27 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard huwa kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

    Il-Libjan ta’ 35 sena mar fiċ-Ċentru tas-Saħħa.