Mal-1,000 ħaddiem tat-tifi tan-nar jintervjenu biex jikkontrollaw nirien qawwijin fil-Portugall

    L-awtoritajiet Portugiżi saħqu li mal-1,000 ħaddiem tat-tifi tan-nar qed jaħdmu bla heda biex jikkontrollaw diversi nirien qawwijin li ħakmu lil żoni rurali. F’dawn in-nirien indarbu tmien ħaddiema tat-tifi tan-nar u persuna ċivili.

    L-aġenzija tal-protezzjoni ċivili tal-pajjiż qalet li l-ħaddiema tat-tifi tan-nar qed jissieltu biex jikkontrollaw tliet nirien li nbdew ilbieraħ fid-distrett ta’ Castelo Branco, madwar 200 kilometru ’l bogħod mill-kapitali Lisbona.

    L-awtoritajiet żiedu jgħidu li l-ħaddiema tat-tifi tan-nar qed ikunu assisti minn għaxar ajruplani u mijiet ta’ vetturi tat-tifi tan-nar.

    Matul dawn l-aħħar snin il-pajjiż kellu jiffaċċja wħud mill-aktar nirien qattiela qatt reġistrati. Fl-2017 kaġun ta’ nirien mietu 106 persuni.