Iwissu dwar żunżan ġdid qattiel mill-Asja… x’inhi l-verità?

    Fl-aħħa jiem kienu qed jixterdu xniegħat li f’żoni fl-Italja, Franza u Spanja kien feġġ żunżan li jista’ jkun qattiel u li jgħix fil-Ġappun.  F’pajjiżna kien hawn min xerred ix-xniegħat u r-ritratti ta’ dan is-suppost żunzan li daħal fl-Ewropa. Kien hemm min beda jwissi biex jekk jara żunżan simili jirrapporta lill-awtoritajiet. Max-xniegħat xterdu ukoll links ta’ aħbar li dehret fl-Italja.  Ir-rapporti kienu jallegaw li fi Franza mietu sitt persuni.

    Quddiem dan kollu, m’għandkomx għax tikwetax. Inewsmalta tkellmet ma’ entimoloġista f’pajjiżna u qalilna li “dik l-aħbar hi falza. Qed ttixxerred biża bla bżonn. Dak l-insett li jidher fir-ritratt hu magħruf bl-isem ta’ Vespa Mandarina. Dan m’hawn ebda rekord tiegħu l-Ewropa. Iż-żnażan li infirxu fl-Ewropa fl-aħħar snin huma il-Bagħal taż-Żunżan u dan hu iżgħar fid-daqs u jintgħaraf mill-faxxi sofor li għandu”.