Bjorn Vassallo huwa l-president il-ġdid tal-MFA

    Ritratt: Dominic Borg

    Bjorn Vassallo huwa l-president il-ġdid tal-MFA.

     
    Dan hekk kif għadha kemm saret l-elezzjoni għal din il-kariga b'Vassallo jħroġ rebbieħ fut l-avversarju tiegħu Chris Bonett b'marġni ta' 29 vot.
     
    Dan hekk Vassallo kiseb 83 vot waqt li Dr Bonett kiseb 54 vot.
     
    Eliġibbli għal vot kienu 139 votant iżda tnejn minnhom m'attendewx għal din il-Laqgħa Ġenerali Annwali u għalhekk ma vvutawx.
     
    B'hekk b'effett immedjat Bjorn Vassallo se jkun qed iħalli l-kariga tiegħu bħala Direttur tal-Assoċjazzjonijiet Ewropeja fi ħdan il-FIFA biex jibda jikkonċentra fuq it-tmexxija tal-akbar assoċjazzjoni sportiva f'pajjiżna.