Genoa wara Freddy Guarin

    Genoa ingħaqdu ma’ Atalanta fit-tentattiv li jiksbu s-servizzi tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Kolombjan Freddy Guarin. Dan tal-aħħar għadu kemm temm il-kuntratt tiegħu ma’ Shanghai Shenhua u għalhekk qed jaħsibha jerġax jirritorna fl-Italja wara perjodu ta’ erba’ snin ma’ Inter.

    Illum il-ġurnata Guarin għandu 33 sena u barra Inter hu lagħab ukoll ma’ Boca Juniors, St Etienne u Porto.

    Hu jilgħab ukoll mat-team nazzjonali Kolombjan fejn skorja erba’ goals f’57 partita.

    Genoa jridu jsaħħu l-iskwadra sabiex it-tim jeħles mill-aktar fis possibbli mill-inkwiet tar-relegazzjoni.

    Sadanittant Guarin qed iħalli kollox f’idejn ir-rappreżentant tiegħu sabiex jinnegozja dan il-ftehim.