Wilfried Zaha segwit minn Everton

    Everton huma determinati li jegħlbu lil Arsenal għall-firma tal-attakkant ta’ Crystal Palace, Wilfried Zaha, dan is-sajf.

    Zaha informa lill-Palace li jrid iħalli lill-klabb qabel l-istaġun li ġej.

    Arsenal kienu assoċjati mal-attakkant ta’ 26 sena, iżda l-Gunners għadhom ma laħqux il-kriterja tat-talba tal-Eagles ... dik ta’ €70 miljun.

    Jidher li Everton dahlu fit-taqtiegħa biex jiffirmaw lil dan il-player internazzjonali Ivorjan li fl-istaġun li għadda skorja 10 goals u pprova 10 assists.

    It-Toffees diġá ffirmaw lil Andre Gomes, Fabian Delph u Jonas Lossl f’dan is-suq tat-trasferimenti.