Taqtiegħa bejn Liverpool u Barcelona għal Philipp Max

    Liverpool u Barcelona jinsabu f’taqtiegħa għall-firma tad-difensur ta’ Augsburg, Philipp Max.

    Max lagħab 125 partitagħal Augsburg mindu ngħaqad magħhom mingħand Karlsruher fl-2015.

    Il-ġganti Spanjoli jinsabu fis-suq biex jiffirmaw difensur xellugi ġdid dan is-sajf biex jipprovdi kompetizzjoni għal Jordi Alba.

    Filwaqt li l-klabb minn Merseysideppermettew lil Alberto Moreno jħalli Anfield fit-tmiem l-istaġun li għadda,  bħalissa m’għandhomx sostitutgħal Andrew Robertson.

    Il-kuntratt ta’ dan il-player ta’ 25 sena jintemm f’Ġunju 2022.