Pape Abou Cisse fir-radar ta’ Arsenal

    Arsenal huma nteressati li jiffirmaw lid-difensur ta’ Olympiakos, Pape Abou Cisse.

    Il-player ta’ 23 sena lagħab 50 partita għall-klabb Grieg mindu ngħaqad magħhom mingħand Ajaccio fis-sajf tal-2017.

    Arsenal jaraw lill-internazzjonali Sengaliż bħala s-suċċessur ideali tal-captain Laurent Koscielny li jixtieq iħalli l-Emirates Stadium.

    Il-Gunners qed iħejju offerta ta’ €11-il miljun għal Cisse u jemmnu li din is-somma se tkun biżżejjed biex jikkonvinċu lil Olympiakos biex ibiegħu lid-difensur qabel l-istaġun li ġej.

    Il-kuntratt attwali ta’ Cisse jiskadi f’Ġunju 2022.