Diego Llorente segwit minn Tottenham

    Tottenham huma nteressati li jiffirmaw lid-difensur ta’ Real Sociedad, Diego Llorente, biex ikun is-suċċessur ta’ Kieran Trippier li ffirma ma’ Atletico Madrid.

    Il-player ta’ 25 sena li ngħaqad ma’ Socieded mingħand Real Madrid fl-2017, lagħab 57 partita fil-kompetizzjonijiet kollha għall-klabb Bask, inklużi 23 dehra l-istaġun li għadda.

    Liverpool ukoll ġew assoċjati mal-internazzjonali Spanjoli aktar kmieni din is-sena, biċ-champions Ewropej għadhom qed jikkunsidraw offerta ta’ €30 miljun.

    Jidher li issa Spurs daħlu fit-taqtiegħa biex jiffirmaw lid-difensur li għandu klawsola ta’ €50 miljun liema kuntratt jintemm f’Ġunju 2022.