Waterpolo: L-ewwel rebħa għal Otters

    Ritratt: Christine Borg

    I Diviżjoni

    Ta' Xbiex........................ 6

    Otters........................... 11

    (2-5, 1-3, 3-1, 0-2)

    F'partita eċċitanti, Otters kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu l-isfida ta' Ta' Xbiex bl-iskor ta' 11-6.

    Otters għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 5-2 bl-iskorers għalihom ikunu Ferenc Salomon, Milos Filipovic (2) bit-tieni goal jasal minn penalty, Luke Hyzler u Marc Lanzon.

    Min-naħa l-oħra, iż-żewġ goals għal Ta' Xbiex waslu minn Mark Demarco u Niccolo Gitto.

    Fit-tieni sessjoni, l-­ komplew jiddominaw u ttrijon­faw b'punteġġ ta' 3-1 b'Ferenc Salomon, Luke Hyzler u Milos Filipovic isibu x-xibka għalihom. Dan filwaqt li Nenad Kacar minn penalty wieġeb għal Ta' Xbiex. 

    Fit-tielet sessjoni, Ta' Xbiex wettqu reazzjoni tajba u rebħuha bl-istess skor li Otters rebħu t-tieni sessjoni jiġifieri dak ta' 3-1, b'Niccolo Gitto (2) bit tieni goal jasal mimn sitwazzjoni ta' man-up wara li tkeċċa Gabriel Mizzi, u Mark Demarco għal Ta' Xbiex.

    Min-naħa l-oħra Claudio Spiteri Debarro, li kien qed jirritorna fl-azzjoni mat-team tiegħu wara li tilef il-konfront preċedenti kontra Birżebbuġa, irnexxielu jsib ix-xibka għal Otters minn back-hand stupend mill-viċin.

    Otters rebħu l-aħħar ses­sjoni bl-iskor ta' 2-0 bl-awturi tal-goals ikunu Milos Filipovic u Edward Meli.

    Ta' nota huwa l-fatt li minuta mit-tmiem ta' din is-sessjoni Milos Filipovic kellu penalty salvat mill-goalkeeper ta' Ta' Xbiex, Zachary Sciberras.

    Ta' Xbiex: 1-Zachary Sciberras, 2-Raoul Greco, 3-Mark Demarco (2), 4-Nico Schiavone, 5-Mark Carani, 6-Sam Azzopardi, 7-David Fenech, 8-Niall Saliba, 9-Nenad Kacar (1), 10-Gerald Sammut, 11-Keith Tanti, 12-Niccolo Gitto (3), 13-André Theuma  - Coach: Giuseppe Dato

    Otters: 1-Dean Camilleri, 2-Claudio Spiteri De Barro (1), 3-Ferenc Salomon (2), 4-Luke Hyzler (2), 5-Edward Meli (1), 6-Marc Lanzon (1), 7-Gabriel Mizzi, 8-David Dimech, 9-Aleandro Mifsud, 10-Dominique Zahra, 11-Ben­jamin Lanzon, 12-Milos Filipovic (4), 13-Matthew Farrugia - Coach: Anthony Farrugia

    Referees: Fabio Brasiliano, Alex De Raffaele