Terremot qawwi f'Ateni joħloq paniku … Jiġġarrfu binjiet abbandunati u jindarbu ħafif żewġ persuni

    Terremot qawwi ta’ 5.1 fuq l-Iskala Richter ħoloq paniku f’Ateni, hekk kif għamel ħsarat f’binjiet u saħansitra anke kkaġuna qtugħ ta’ dawl.

    L-istazzjon televiżiv statali ERT irrapporta li mill-inqas żewġ persuni ndarbu ħafif. Apparti dan żewġ binjiet abbandunati kienu rapportati li ġġarrfu filwaqt li diversi strutturi oħrajn ġarrbu ħsarat.

    “Kien terremot qawwi, konna mwerwrin, u kulħadd ħareġ jiġri fit-toroq,” saħqet mara lill-aġenzija tal-aħbarijiet AFP.

    L-epiċentru tat-terremot kien fil-Majjistral ta’ Ateni, viċin ferm ta’ fejn terremot ta’ qawwa 5.9 fuq l-Iskala Richter f’Settembru tal-1999 ħalla 143 persuna mejtin.