Arsenal qrib li jiffirmaw lil William Saliba

    Arsenal huma viċin li jħabbru li ffirmaw lid-difensur ta’ Saint-Etienne, William Saliba.

    Il-Gunners ilhom assoċjati ma’ dan iż-żgħażugħ, li mpressonja fl-ewwel staġun tiegħu f’Ligue 1.

    Tottenham ukoll ġew assoċjati ma’ Saliba f’dawn l-aħħar ġimgħat, iżda jidher li l-Gunners laħqu ftehim ta’ €30 miljun mal-klabb Franċiż.

    Madankollu, il-player ta’ 18-il sena se jiġi misluf immedjatament lura lil Saint-Etienne, għal 12-il xahar oħra.

    Il-klabb minn Londra huwa mistenni jħabbar t-trasferiment fil-jiem li gejjin.