Tottenham joffru kuntratt ġdid lil Fernando Llorente

    Tottenham offrew kuntratt ġdid ta’ sena lil Fernando Llorente.

    Dan il-player ta’ 34 sena huwa aġent ħieles wara li l-kuntratt attwali tiegħu ma’ Spurs skada fit-tmiem l-istaġun li għadda.

    L-attakkant kien mistenni jħalli l-klabb minn Londra dan is-sajf u kien assoċjat li kien se jirritorna fi Spanja.

    Madankollu, jidher li Llorente huwa mistenni li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Spurs, wara li l-finalisti tal-UEFA Champions League offrewlu kuntratt ta’ sena.

    L-internazzjonali Spanjol skorja żewġ goals f’36 partita fil-Premie League għat-team immexxi minn Mauricio Pochettino.

    L-eks player ta’ Athletic Bilbao skorja tmien darbiet fil-kompetizzjonijiet kollha l-istaġun li għadda u għal darb’oħra se jkun is-sostitut ta’ Harry Kane fl-istaġun li ġej.