Barcelona jridu jiffirmaw lil David Alaba

    Barcelona jridu jiffirmaw lid-difensur internazzjonali Awstrijak ta’ Bayern Munich, David Alaba, biex jipprovdi kompetizzjoni għal Jordi Alba fuq ix-xellug.

    Bħalissa Alba huwa l-unika għażla ta’ Barca fuq ix-xellug u għaldaqstant il-Katalani qed jagħmlu minn kollox biex jattiraw lil Alaba lejn in-Nou Camp.

    Teżisti possibbiltá wkoll li l-player ta’ 27 sena jingħaqad ma’ Barcelona minħabba li Bayern iffirma lil Lucas Hernandes f’din il-pożizzjoni.

    Alaba ilu ma’ Bayern mill-2010 fejn b’kollox lagħab 344 partita li fihom rebaħ seba’ kampjonati, tliet darbiet it-Tazza Ġermaniża u darba l-UEFA Champions League.