Danny Rose segwit minn Paris St Germain

    Id-difensur internazzjonali Ingliż ta’ Tottenham, Danny Rose, qed jiġi segwit mill-klabb Franċiż ta’ Paris St Germain.

    Wara 12-i sena ma’ Spurs, Rose sostna li jrid sfida ġdida.

    Infatti, il-club jinsab konxju li Rose jrid jitlaq mill-klabb u ma ġiex inkluż fl-iskwadra għall-pre-season.

    Min-naħa tal-Pariġini, dawn iridu jsaħħu d-difiża u jemmnu li dan il-player ta’ 29 sena jilħaq kull kriterja.

    Spurs mistennija jaċċettaw offerti minn €22 miljun.