Valencia Rodrigo fir-radar ta’ Inter

    Inter jinsabu fi tfittxija ta’ attakkant u jidher li l-għażla waqgħet fuq l-iskorer prolifiku ta’ Valencia Rodrigo. Dan tal-aħħar qed jiġi segwit ukoll minn Napoli u għandu klawżola fil-kuntratt tiegħu li tiswa madwar €120 miljun. Min-naħa tagħhom in-Neroazzurri qed joffru €70 miljun għalih u skont l-istess gazzetta, Valencia lesti li jirranġaw il-prezz tiegħu.

    Rodrigo Moreno Machado għandu 28 sena u ilu ma’ Valencia sa mis-sena 2014 fejn lagħab 140 partita u skorja 34 goal. Hu lagħab ukoll ma’ Benfica u Bolton Wanderers filwaqt li hu membru attiv fit-team nazzjonali Spanjol.