Iż-żewġ timijiet ta’ Moska wara George Puscas

    Żewġ timijiet mill-istess belt iġifieri CSKA Moscow u Spartak Moscow qed isegwu mill-viċin il-progress tal-plejer ta’ Inter George Puscas. Spartak kienu l-ewwel li avviċinaw lill-player Neroazzurro billi offrew is-somma ta’ €10 miljun għalih. Minkejja kollox, dan il-plejer ma jixtieqx imur jilgħab fil-kampjonat Russu li mhux meqjus bħala wieħed prestiġġjuż.

    B’hekk hu qed jaħseb li jew jibqa’ l-Italja jew inkella jilgħab f’xi kampjonat prestiġġjuż Ewropew.

    Puscas huwa player Rumen ta’ 23 sena li lagħab biss erba’ logħbiet ma’ Inter. Fil-passat hu kien misluf ukoll lil Bari, Benevento u Novara. Ftit tal-ġimgħat ilu hu kien parti mit-tim nazzjonali Rumen li lagħab kontra Malta u rebaħ bl-iskor ta’ 4-0.