Lazio jaħdmu fuq players li ser jitilqu lill-club

    It-team mill-Premier League Ingliż Watford City xeħet ħarstu fuq id-difensur ċentrali Brażiljan ta’ Lazio, Bastos. Dan tal-aħħar jaf li ftit ser isib postu mal-coach Simone Inzaghi aktar u aktar bil-wasla ta’ Denis Vavro fil-belt kapitali Taljana. Bastos deher biss 18-il darba matul l-istaġun 2018-2019 u għalhekk ser jaċċetta l-offerta tal-club Ingliż.

    Players oħra li mistennija jħallu lill-klabb huma Wallace, li qed jinteressa lil Wolverhampton Wanderers u s-Serb Badelj. Dan tal-aħħar qed jiġi attirat minn offerta mingħand Bordeaux li bħalissa huma mmexxija mill-ex coach ta’ Fiorentina u Basel Paulo Sousa. Dawn it-tnejn diġa’ jafu lil xulxin sew minħabba li kienu mal-club Viola ftit tas-snin ilu.

    Lazio rebħu l-Coppa Italia fl-istaġun li għadda wara li fil-finali għelbu lil Atalanta.