[FILMAT] Manuvra mill-aktar perikoluża f'waħda mill-aktar toroq traffikużi f'pajjiżna!

    Aġir irresponsabbli ta’ sewwieq f’waħda mill-aktar toroq traffikużi f’pajjiżna seta’ kellu eżitu traġiku. F’filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali fis-sigħat li għaddew juri lil sewwieq għaddej tard bil-lejl fuq in-naħa l-ħażina fi Triq ix-Xatt tal-Imsida biex jgħaddi għal Triq Clarence.

    Is-sewwieq ma kienx biss qed ipoġġi ħajtu fil-periklu, iżda anke dik ta’ passiġġieri oħrajn fl-istess vettura, b’persuna fuq wara tal-vettura tidher tiftaħ il-bieba qabel ma s-sewwieq ikompli jsuq.

    Kien hemm anke sewwieqa oħrajn li ppruvaw jiġbdu l-attenzjoni tas-sewwieq, b’uħud anke jpaqpu l-ħorn.