Tliet irġiel jingħataw sentenza għall-mewt b'rabta mal-qtil ta' żewġ nisa fil-Muntanji Atlas fil-Marokk

    Tliet irġiel akkużati bil-qtil ta’ żewġ nisa Skandinavi fil-muntanji Atlas ingħataw is-sentenza għall-mewt. Maren Ueland, ta’ 28 sena min-Norveġja, u Louisa Vesterager Jespersen, ta’ 24 sena mid-Danimarka, instabu mejtin fejn kienu qed jikkampjaw f’parti remota tal-muntanji Atlas b’feriti f’għonqhom f’Diċembru li għadda.

    L-inċident kien ittimbrat mill-awtoritajiet Marokkini bħala attakk terroristiku wara li wħud mill-irġiel involuti kienu qalu li huma membri tal-Istat Iżlamiku.