Ronaldinho mhux se jingħaqad ma’ Birkirkara

    L-aħbar li l-bieraħ qajmet sensazzjoni kbira rigward li l-leġġendarju Brażiljan, Ronaldinho, se jilgħab ma’ Birkirkara fl-istaġun li ġej, ġiet miċħuda proprju minn ħuh stess, Roberto Assis, li huwa wkoll l-aġent tiegħu.

    Fil-fatt mill-club ta’ Birkirkara nħarġet stqarrija li bdew it-taħditiet biex il-player ta’ 39 sena jilbes il-flokk tal-Istripes. Iżda, skond Roberto Assis,  Ronaldinho ġej Malta biex jippromwovi l-inbid tal-marka tiegħu waqt li jkun qed jilgħab tournament tal-Footvolley.  

    Id-diriġenti Karkariżi kienu sostnew li bħalissa jinsabu f’negozjati ma’ kumpanija barranija bil-possibbiltá li tinvesti fil-club u li għandha konnessjonijiet mar-rappreżentanti ta’ Ronaldinho.

    Kien hawnhekk li ssemma’ l-isem tal-player Brażiljan li b’xi mod ġie abbinat ma’ Birkirkara.