Juventus jikkonfermaw l-ingaġġ ta’ Matthijs de Ligt

    Juventus ikkonfermaw li ffirmaw lid-difensur internazzjonali Olandi ta’ Ajax, Matthijs de Ligt, għas-somma ta’ €67.8 miljuni, b’kuntratt ta’ ħames snin li fih se jaqla’ salarju ta’ €16-il miljun fis-sena ... jiġifieri €310,000 fil-ġimgħa ... u li jista’ jitla’ għal €24 miljun fis-sena jew aħjar €460,000 fil-ġimgħa!!

    Dan ifisser li l-pakkett kollu ta’ Juventus se jiġi jiswa €195 miljun.

    Barra minn hekk  huwa għandu klawsola ta’ €150 miljun li tkun attivata minn Ġunju 2022.