Milan interessati f’Dayot Upamecano

    L-isem tad-difensur ċentrali ta’ Red Bull Leipzig, Dayot Upamecano, qed jissemma’ mhux ftit fil-kurituri ta’ Milanello. Dan il-player ta’ 20 sena qed jinteressa mhux ftit lil Milan li għamluh bħala prijorita’ sabiex il-coach il-ġdid tagħhom Marco Giampaolo ikollu aktar saħħa fid-dipartiment difensiv.

    Leipzig jixtiequ somma ta’ €50 miljun sabiex jirrilaxxjaw lil dan il-player u r-Rossoneri jistgħu jdaħħlu fit-trattativa lill-player Tork Hakan Calhanoglu. B’hekk ikunu jistgħu jiffrankaw xi ħaġa u jsibu post għal dan tal-aħħar li ma tantx jidher li jinsab fil-pjanijiet ta’ Giampaolo.

    Upamecano ilu sa mis-sena 2017 ma’ RB Leipzig u lagħab 55 partita magħhom filwaqt li skorja tliet goals. Dan il-player hu parti importanti mit-tim nazzjonali Franċiż ta’ taħt il-21 sena.