Imut il-kittieb famuż Taljan Andrea Camilleri

    Il-midja Taljana rrapportat li l-kittieb famuż Taljan Andrea Camilleri miet fi sptar f’Ruma kmieni dalgħodu.

    Camilleri kellu 93 sena.

    Stqarrija mill-isptar kienet tgħid li l-kundizzjoni kritika ta’ saħħa ta’ Camilleri qalbet għall-agħar f’dawn l-aħħar sigħat.

    Camilleri kien magħruf ukoll bħala direttur teatrali, ‘screenwriter’, u għalliem. Kien lejn l-aħħar tas-snin sittin li kiseb reputazzjoni bħala kittieb prolifiku, bil-pinna tiegħu tkun imfaħħra minn bosta kritiċi internazzjonali fil-qasam letterarju.