Hiroko Abe ma’ Barcelona

    Barcelona għadhom kemm ħabbru l-akkwist tal-player żagħżugħ Ġappuniż Hiroki Abe mingħand Kashima Antlers. Dan il-player iffirma kuntratt ta’ erba’ snin mal-Katalani.

    It-tim li jilgħab fl-ogħla diviżjoni Ġappuniża ikkonferma li  Abe ħalla lill-club u ngħaqad ma’ Barcelona għas-somma ta’ €2 miljun.

    Abe għandu 20 sena u ġie nnominat bħala The Rookie of the Year hekk kif hu kien inkluż fit-tliet partiti li l-Ġappun lagħbu fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Copa America. Hu għandu jingħaqad mat-tieni team ta’ Barcelona għalkemm jista’ jiġi nkluż mill-kowċ Ernesto Valverde fl-ewwel team.