L-akkużati fil-qtil ta’ DCG formalment akkużati bl-assassinju tagħha

    21 xahar wara l-qtil makabru ta’ Daphne Caruana Galizia, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali formalment ippreżenta l-akkużi kontra Vince Muscat, George Degiogrio u Alfred Degiorgio, fejn ġew mixlija fuq l-ippjanar tal-qtil, il-ħolqien u d-detonazzjoni tal-bomba użata fl-assassinju nhar is-16 ta’ Ottubru, 2017.

    Il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra t-tlett irġiel ilha għaddejja minn Diċembru tal-2017, wara li t-tlett rġiel kienu arrestati ġewwa l-Marsa, fin-naħa iktar magħrufa baħal il-Menqa. 

    Il-ġuri kontra t-tlett akkużati mistenni jibda iktar tard din is-sena.