“Trobbija tajba tfisser il-ħila li tiddixxiplina lit-tfal tiegħek speċjalment f'sitwazzjonijiet diffiċli“ - Terapista tal-familja

    Ritratt miġbud minn raġel, Peter England, juri xena mhux tas-soltu hekk kif tidher tarbija bin-nappy fuq l-ixkaffa tal-bagoll ta’ karozza waqt li kienet qiegħda ssuq mill-bypass ta’ San Pawl il-Baħar. Ir-raġel li ġibed ir-ritratt qal li dan huwa tassew “xokkanti u rresponsabbli”. England ħa l-evidenza għand il-pulizija iżda qal li qalulu li peress li ma kienx każ li seħħ f’dik il-lokalità, kellu jmur jirrapporta San Pawl il-Baħar.

    Bosta kienu dawk li kkummentaw fuq dan ir-ritratt, fosthom it-terapista tal-familja Charles Azzopardi li qal li trobbija tajba tfisser il-ħila li tiddixxiplina lit-tfal tiegħek speċjalment fl-iktar sitwazzjonijiet diffiċli.

    Oħrajn li kkummentaw qalu li wisq probabli kienu jkunu aktar kawti kieku minflokk it-tarbija kellhom kaxxa kejkijiet fis-seats ta’ wara. “Issa kieku xi ħadd jibqa’ dieħel fuqha minn wara mhux traġedja jkun hemm,” wieġeb ieħor. Oħrajn ma emmnux din ix-xena tant li ħasbu li kien ritratt “photoshopped”