Everton jiffirmaw lil Fabian Delph

    Everton iffirmaw lill-midfielder internazzjonal Ingliż, Fabian Delph, mingħand Manchester City għat-tliet snin li ġejjin. Dan il-player ta’ 29 sena kien ingħaqad mas-Citizens mingħand Aston Villa, fl-2015, iżda ma tantx ingħata spazju mill-coach Pep Guardiola, tant, li lagħab biss 89 partita.

    Delph innifsu sostna li huwa ngħaqad ma’ Everton minħabba l-passjoni li għandhom il-partitarji għax kull darba li lagħab kontra t-Toffess, dejjem impressjonawh bil-kant tagħhom.