Aaron Ramsey se jaqla’ €400,000 fil-ġimgħa ma’ Juventus

    Il-midfielder internazzjonali ta’ Wales, Aaron Ramsey, mistenni jaqla’ salarju ta’ €400,000 fil-ġimgħa ma’ Juventus wara li ngħaqad magħhom bi free transfer fil-jiem li għaddew wara li ntlaħaq ftehim f’Marzu li għadda.

    Huwa ssieħeb mal-Bianconeri wara li Arsenal naqsu milli jġeddulu l-kuntratt u għaldaqstant kien hemm bosta clubs jiġru wara l-firma tiegħu.

    Iżda huwa qal: “Kif appena smajt li Juventus bdew juru nteress fis-servizzi tiegħu ... ma kelli l-ebda għażla oħra ....”