David De Gea viċin li jġedded ma’ Manchester United

    Il-goalkeeper internazzjonali Spanjol, David De Gea, jinsab viċin li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Manchester United li fih se jaqla’ £375,000 fil-ġimgħa biex b’hekk se jkun l-aktar goalkeeper imħallas fid-dinja.

    It-taħditiet biex jintlaħaq ftehim ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar xhur wara li De Gea rribella minħabba s-salarju taċ-Ċilen, Alexis Sanchez, meta f’Jannar 2018 kien ingħaqad mar-Red Devils għal £500,000 fil-ġimgħa.

    Huwa mifhum li kif l-iskwadra tirritorna minn training camp fl-Awstralja, dan il-goalkeeper ta’ 28 sena mistenni jiffirma l-kuntratt .... li kien segwit minn Real Madrid u Paris St Germain.