Augustin Almendra ma’ Roma?

    Roma jinsabu fi tfittxija għal midfielder influwenti li jista’ jaqdi rwol importanti f’nofs il-ground, dak li t-Taljani jsejħulu regista. L-objettiv prinċipali huwa Jordan Veretout ta’ Fiorentina iżda għalkemm kien hemm diversi laqgħat bejn id-diretturi sportiv rispettivi, ma kien hemm l-ebda żvilupp.

    Il-Viola qed iħejju alternattiva għalih u dan jismu Augustin Almendra. Dan tal-aħħar għandu 19-il sena u jilgħab ma’ Boca Juniors fl-Arġentina. Dan il-player qed jiġi segwit ukoll minn Inter u Napoli u għandu klawżola fil-kuntratt li tiswa €27 miljun.

    Fil-jiem li għaddew kien hemm taħditiet bejn id-direttur sportiv Franco Baldini u dak ta’ Boca Juniors Nicolas Burdisso.