Alessandro Bastoni jimpressjona lil Conte

    “Bastoni ha stregato Conte” - Bastoni saħħar lil Conte – Dan kien it-titlu tal-ġurnali Taljani hekkkifil-playerżagħżugħ ta’ 20 sena Alessandro Bastoni qed jimpressjona ferm lill-coach ta’ Inter Antonio Conte waqt l-ewwel jiem ta’ taħriġ fiċ-ċentru tekniku tan-Neroazzurri. Bastoni għadu ġej minn wirjiet mill-aqwa mat-team nazzjonali Taljan ta’ taħt il-21 sena li riċentement ipparteċipa fil-Kampjonat Ewropew ta’ din il-kategorija.

    Conte qed juri fiduċja f’dan il-plejer li matul l-istaġun li għadda kien misluf lil Parma. Huwa jilgħab bħala difensur u l-eksmanager ta’ Juventus u Chelsea kien impressjonatbl-awtorita’ li għandu fid-dipartiment difensiv minkejja l-eta’ tenera tiegħu.

    Mhux l-istess jista’ jingħad għal Federico Di Marco li wara li kien misluf ukoll lil Parma, mistenni jerġa’ jingħata lil xi klabb ieħor fis-Serie A minħabba li mhux fil-pjani ta’ Conte.