Il-Pulizija tkompli bit-tfittxijiet tagħha għal immigranti li ħarbu miċ-ċentru ta' detenzjoni f'Ħal Safi

    Il-Pulizija rnexxielha taqbad l-biċċa l-kbira ta’ immigranti li ħarbu aktar kmieni llum miċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi. Il-Pulizija kienu informati bil-każ għall-ħabta tal-10.15 a.m., hekk kif 20 immigrant, aktarx Marokkini rnexxilhom jaħarbu miċ-ċentru.

    F’temp ta’ ftit ħin il-Pulizija kienet diġà qabdet disgħa minnhom madankollu baqgħu jfittxu għal 11-il immigranti.

    L-immigranti kienu deskritti bħala li qed iduru ħafjin u aktarx jinsabu fl-inħawi ta’ Ħal Safi u ż-Żurrieq.