Ċans li tara mill-qrib waħda mill-akbar opri ta' Francesco Zahra

    Matul il-jum tal-lum, il-Kolleġġjata Bażilika ta' Sant'Elena ta' Birkirkara qed tistieden lill-pubbliku għal Open Day sabiex il-pubbliku isegwi mill-qrib il-kwadru titulari ta' Sant'Elena li għadu kemm ġie restawrat matul ix-xhur li għaddew. Il-kumpanija Atelier del Restauro, ġiet inkarigata minn dan il-proġett sabiex tkun restawrata u konservata din il-pittura ewlenija għal din il-Bazilika li turi lil Sant'Elena waqt is-sejba tas-Salib, liema pittura nħadmet minn Francesco Zahra fis-sena 1763, meqjusa bħala waħda mill-akbar li qatt ħadem dan l-artist Malti. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jattendi bejn id-9.30am u l-11am u bejn l-4pm u l-5.30pm għal din l-opportunita unika.