Każ misterjuż fl-Awstralja - Għexieren ta’ Cockatoos jinstabu mejta bid-demm ħiereġ minn għajnejhom

    Fl-Awstralja f’każ misterjuż għall-aħħar, għexieren ta’ għasafar tar-razza Cockatoos instabu mejta bid-demm ħiereġ minn għajnejhom. Sa issa nstabu madwar 50 għasfar, iżda n-numru qed ikompli jikber ma’ kull ġurnata li tgħaddi.

    Skont l-awtoritajiet Awstraljani, jidher li allegatament dawn l-għasafar qed jisfaw “maqtula” minn żewġ tipi ta’ velenu – il-1080 u Pindone. Dawn iż-żewġ veleni jintużaw biex jinqabdu l-fniek u l-volpijiet.