Ipprojbiti milli jgħumu u jixxemxu fil-bajja minħabba mijiet ta’ bram ''velenużi'' li l-mewġ tella’ fuq ir-ramel

    Fil-bajja Famara fil-Gżejjer Kanarji Spanjoli, t-turisti spiċċaw ipprojbiti milli jixxemxu jew jgħumu. Dan wara li mijiet ta’ bram misterjuż u velenuż tela’ fuq ir-ramel permezz tal-mewġ li kellu l-kurrent il-ġewwa.

    Intant l-awtoritajiet Spanjoli iddeskrivew ix-xena tal-bajja bħala “atroċità totali”.