Ryan Sessegnon fil-mira ta’ ħames klabbs

    Il-midfielder ta’ Fulham, Ryan Sessegnon, huwa fil-mira ta’ ħames klabbs.

    Wara r-relegazzjoni ta’ Fulham mill-Premier League, Sessegnon huwa mistenni li jħalli Craven Cottage.

    Manchester United u Tottenham  ġew assoċjati mal-internazzjonali Ingliż ta’ Taħt il-21 sena, li għad fadallu sena fuq il-kuntratt attwali tiegħu mal-Cottagers.

    Madankollu, jidher li ż-żewġ klabbs tal-Premier League ser jiffaccjaw kompetizzjoni mingħnad Juventus, Paris Saint-Germain u RB Leipzig għal firma ta’ Sessegnon.

    Fulham huma lesti li jbiegħu lill-player ta’ 19-il sena għal €27 miljun.

    Sessegnon skorja żewġ goals u rreġistra sitt assist f’35 partita fil-Premier League fl-istaġun li għadda.