Philippe Coutinho jrid jerġa’ jingħaqad ma’ Liverpool

    Il-midfielder internazzjonali Brażiljan ta’ Barcelona, Philippe Coutinho, irid jerġa’ jingħaqad ma’ Liverpool.

    Huwa ħabbar li jixtieq iħalli lin-Nou Camp wara li naqas li jagħmel impatt maċ-champions Spanjoli matul dawn l-aħħar 18-il xahar... il-perjodu li ilu magħhom.

    Il-Katalani kienu ħallsu €158 miljun għal dan il-player ta’ 27 sena, f’Jannar 2018. Għaldaqstant Barcelona jridu kemm jistgħu jirkupraw minn din is-somma.  

    Min-naħa tagħhom, Liverpool ukoll urew interess li Coutinho jerġa’ jingħaqad magħhom.

    Madankollu, Liverpool se jiffirmaw biss lil Coutinho għal prezz imnaqqas filwaqt li se jiffaċċjaw kompetizzjoni mingħand Paris-Saint Germain għall-firma tal-midfielder.