Tarbija tmut maħruqa f’darha waqt li ommha marret tiddeverti

    Tarbija ta’ tmien xhur mietet maħruqha f’darha stess.  Hi kienet flimkien ma’ sitt ħutha oħra.  Huma kienu waħidhom fid-dar għax ommhom marret għal tiddeverti u ħalliet lit-tfal waħidhom.

    In-nirien fid-dar bdew għal ħabta tas-2.00 a.m f’Atioch Tennesse. In-nirien wasslu biex Jream, it-tifla ta’ tmien xhur spiċċat maħruqha.  Ħuha li għandu 23 xahar, jinsab f’kundizzjoni kritika. 

    Meta marru l-pumpieri sabu d-dar kollha fjammi.   Mis-sit itfal, ħamsa ġew salvati imma it-tarbija instabet mejta fuq il-post. 

    Jidher li tnejn mill-ġenituri tat-tfal meta interrogati qalu li ħallew it-tfal ma ‘babysitter’, imma din ma dehret imkien.  Il-Pulizija min-naħa tagħhom irnexxielhom jistabbilixxu li n-nisa kienu qed jiddevertu f’nightclub.  Għaddejja investigazzjoni biex ikun stabbilit il-kawża tan-nirien.