35 persuna midruba waqt titjira lejn Sydney

    Mill-inqas 35 persuna ndarbu fuq titjira tal-Air Canada wara li l-ajruplan li kienu qegħdin jivvjaġġaw bih għadda minn żona ta’ turbolenzi.

    L-ajruplan li kellu 284 persuna abbord, kien qed jivvjaġġa minn Vancouver għal Sydney. Minkejja dan huwa kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fil-Hawaii.

    Staff mediku eżamina l-passiġġieri malli niżlu l-art u rriżulta li 35 minnhom kienu qegħdin isofru minn ġrieħi ħfief.

    Passiġġieri li taw il-kummenti tagħhom qalu li nies li dak il-ħin ma kinux marbuta biċ-ċinturin tas-sigurtà dehru jogħlew u jaħbtu rashom sew mas-saqaf tal-ajruplan.