Ara kif qed jimmatura l-proġett tal-fly overs fil-Marsa... ''Proġett konkrett li se jbiddel il-ħajja tal-familji, negozji u ħaddiema tas-South'' - Ian Borg

    Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, illum tefa' ritratt meħud mill-għoli, juri l-progress ta' suċċess li bih qiegħed jimmatura l-proġett tal-fly-overs tal-Marsa. Borg mar-ritratt kiteb kif hu "qiegħed fil-politika għaliex, iva, tista' tagħmel id-differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies. Proġett konkrett li se jbiddel il-ħajja tal-familji, negozji u ħaddiema tas-‘South’.