Sitt turisti jmutu wara li maltemp qawwi jaħkem lill-Greċja

    Rapporti li qed jiċċirkolaw fuq il-midja qed jgħidu li fl-aħħar sigħat, kaġun talmaltemp qawwi li ħakem lill-Greċja, sitt turisti tilfu ħajjithom u 30 oħra weġġgħu serjament. Jidher li l-kaġun ta’ dawn il-fatalitajiet kienu riħ qawwi grigal, xita qawwija u maltempati bis-silġ fil-gżira ta’ Halkidiki, qrib Thessaloniki. 

    Din it-traġedja tikkuntrasta mhux ftit mal-jiem sħan u temperaturi li saħansitra telgħu u qabżu l-40 grad li qegħdin jagħmlu f’pajjiżna u f’pajjiżi Ewropej oħrajn.