Żagħżugħ iddikjarat mejjet ''jirxoxta'' fi triqtu biex ikun ikkremat wara li ommu tilmaħ id-dmugħ f’għajnejh

    Gandham Kiran, żagħżugħ ta’ 18-il sena, kien iddikjarat mejjet minn tabib wara li kien jinsab f’koma, b’moħħu ‘’mejjet’’. Kiran kien inħakem mill-marda tal-epatite u wara ftit kien waqa’ f’koma, b’moħħu jitlef kull sens ta’ funzjoni. 

    Omm Kiran, Saidamma, riedet li ibinha jieħu l-aħħar ftit nifsijiet ta’ ħajtu f’darhom qabel ma jmur fl-inċineratur biex ikun ikkremat. Jidher li ftit qabel ma’ ittieħdet, l-omm intebħet li għajnejn binha kienu ntlew bid-dmugħ. Appena rat hekk, Saidamma, għajtet għat-tabib, fejn dak ikkonferma li l-polx ta’ Kiran kien għadu ghaddej. Tliet ijiem wara, Kiran qam mill-koma li kien jinsab fiha. 

    Kien bis-saħħa tar-reżiljenza tal-omm li ttawwal iż-żmien qabel ma’ titfi għal kollox il-magna li kienet qed iżżomm lil Kiran ħaj li żammitu ħaj. Illum, Kiran jinsab fuq saqajh u qed jerġa’ jibda jiffunzjona bil-mod.