Petizzjoni biex fl-iskejjel tal-Istat ikunu installati l-‘air conditions’... Sa issa miġbura aktar minn 5,500 firma

    Fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, qed iddur petizzjoni biex fl-iskejjel tal-Istat, madwar Malta u Għawdex ikunu installati l-‘air conditions’. Jidher li fil-klassijiet, matul l-istaġun tas-sajf qed ikun hemm “sħana insapportabbli”.  Minkejja li fit-tlett xhur tas-sajf l-iskola ma tkunx għaddejja bil-kurriklu, matul dan il-perjodu eluf ta’ tfal jattendu Skola Sajf.

    Il-petizzjoni tgħid li l-‘air conditions’ jistgħu jitħaddmu permezz tal-enerġija solari, bil-panelli fotovoltajiċi jkunu installati fuq il-bjut tal-iskejjel.

    Din il-petizzjoni sa issa iġġenerat aktar minn 5,500 firma.