Manchester United jagħmlu offerta għal Nikola Milenkovic

    Manchester United għamlu offerta ta’ €50 miljun għad-difensur ċentrali ta’ Fiorentina, Nikola Milenkovic.

    Il-United kienu assoċjati ma’ Harry Maguire ta’ Leicester City, iżda mhumiex lesti li jħallsu €100 miljun għall-internazzjonali Ingliż.

    Jidher li issa Ole Gunnar Solsjaer identifika lil Milenkovic bħala alternattiva possibbli, wara li l-club kien assoċjat mal-player ta’ 21 sena, f’Jannar li għadda.

    Ir-Red Devilsgħamlu offerta ta’ €40 miljun li ġiet rifjutata minn Fiorentina aktar kmieni din is-sena, iżda jidher li issa marru lura b’offerta mtejba ta’ €50 miljun għall-internazzjonali Serb.