Pepe fil-mira ta’ Everton ukoll

    Everton daħlu fit-taqtiegħa għall-firma tal-attakkant internazzjonali Ivorjan ta’ Lille, Nicolas Pepe.

    Il-prestazzjonijiet ta’ Pepe ġibdu interess minn bosta klabbs fl-Ewropa wara li skorja 22 goal u rreġistra 11-il assist f’Ligue 1 matul l-istaġun li għadda.

    It-Toffees qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għall-player ta’ 24 sena, minkejja li jafu li huma jkollhom joffru aktar minn €66 miljun għall-firma tiegħu.

    Għaldaqstant, Everton huma kkunsidrati bħala l-under dogs fit-taqtiegħagħall-firma ta’ Pepe hekk kif anke Bayern Munich qed isegwuh.