Offerta attraenti minn Barcelona għal Neymar

    Barcleona offrew lil Paris Saint-Germain €100 miljun flimkien ma’ Samuel Umtiti u Philippe Coutinho għalNeymar.

    Jidher li Neymarser jħalli l-Parc des Princes dan is-sajf wara li ċ-champions Franciz ser jieħdu azzjoni dixxiplinari fil-konfront tiegħu wara li naqas milli jkun preżenti fl-ewwel sessjoni ta’ taħriġ tagħhom ta’ qabel l-istaġun.

    Jidher ukoll li ċ-champions Spanjoli huma l-favoriti li jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Brażiljan u se jippruvaw inaqqasu l-piż finanzjaru billi jinkludu lil Umtiti u lil Coutinho bħala parti mil-ftehim għall-player ta’ 27 sena.

    PSG ġew ikkreditati b'interess fiż-żewġ players, iżda ma jemmnux li l-offerta tal-Katalani hija waħda realistika għall-akkwist ta’ Neymar.

    Neymar skorja 51 goal fi 58 partiti matul iż-żewġ staġuni tiegħu fil-kapitali Franċiża.