Wara ‘’battalja familjari’’ dwar jekk jitfgħux il-magna li kienet qed iżżommu ħaj, Vincent Lambert imut... Martu u s-sitt uliedu riedu jitfugħha, il-ġenituri le

    Xi ġimgħat ilu, inewsmalta.com ippubblika artiklu dwar l-każ ta’ Vincent Lambert ta’ 42 sena li wara inċident li kellu bil-mutur fl-2008 spiċċa fi stat veġitattiv. Il-każ kien maħkum minn battibekki kontinwi bejn il-mara u t-tfal ta’ Lambert kontra l-ġenituri tal-istess Lambert. 

    Il-mara u s-sitt uliedu iddeċiedew li ma jridux jibqagħu jaraw lil Lambert f’dak l-istat, ghalhekk, minkejja li ma kienx f’periklu li jitlef ħajtu, qablu l-jitfu l-magna li kienet qed iżommu ħaj. Min-naħa l-oħra, il-ġenituri ta’ Lambert opponew bil-qawwa l-argumentazzjoni ta’ mart u ulied Lambert. Saħansitra ttieħdu passi legali kemm bil-Qorti Franċiża u anke permezz tal-Ġnus Magħquda. Minkejja dawn it-tentattivi tal-ġenituri ta’ Lambert, il-magna twaqfet milli tkompli ssostnih bil-konsegwenza li fl-aħħar sigħat huwa miet.